|
Malta Dockers Union
Il-Malta Dockers Union
(MDU) twaqqfet nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru 2006 minn
312 il-Haddiem Licenzjat tax-Xatt. Din il-Union se tigbor
fiha l-haddiema kollha li jaqilghu l-ghexien taghhom mill-portijiet
ta’ Malta u Ghawdex hu liema hu x-xoghol taghhom.
Il-membri fundaturi tal-Union huma t-312 il-Haddiem Licenzjat
tax-Xatt li rregistraw il-Malta Dockers Union ghand id-Direttur
tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi fil-5 ta’
Settembru 2006.
L-MDU se tkun komposta minn sezzjonijiet rapprezentattivi
ta’ haddiema li jahdmu fil-portijiet li se jkollhom
d-dritt li huma stess jirregolaw il-kwistjonijiet tax-xoghol
li jikkoncernaw lis-sezzjoni taghhom.
L-ghan ewlieni tal-MDU huwa li tirregola r-relazzjonijiet
bejn il-haddiema u l-principali u li thares l-impjieg u l-interessi
tal-membri taghha.
Fl-Istatut taghha l-Malta Dockers
Union qed tiddikjara u tintrabat li tagixxi
u tkun hielsa minn kull forma ta’ rbit politiku.
|