ISEM TAL-UNION
01. L-isem ufficjali ta’ din il-Union huwa Malta Dockers Union (MDU) u l-indirizz ufficjali taghha huwa 23/25, Xatt l-Ghassara ta’ l-Gheneb, Marsa. HMR 12.
FUNDATURI
02. Il-membri imnizzla f’Appendici “A” ta’ dan l-Istatut ghandhom jitqiesu bhala l-membri fundaturi ta’ din il-Union.
GHAN EWLIENI
03. L-ghan ewlieni tal-Malta Dockers Union huwa li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-haddiema membri taghha u l-principali u / jew assocjazzjoni ta’ principali.
GHANIJIET OHRA
04. Li thares l-interessi tal-imsiehba taghha, itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjieg taghhom u tas-servizz li huma jipprovdu.
05. Li ssostni permezz tal-hidma taghha l-principji ta’ solidarjeta’, ugwaljanza u gustizzja socjali.
06. Li tagixxi dejjem bhala Trade Union hielsa minn kull forma ta’ rbit politiku.
07. Li taghti s-sehem taghha fl-izvilupp ekonomiku socjali u ambjentali tal-pajjiz fil-kuntest illi l-gid fis-socjeta jinqasam b’mod ekwu.
08. Li l-hidma taghha tiseddaq permezz ta’ hidma internazzjonali.
09. Li thares u tipprottegi s-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u tghin fl-edukazzjoni u t-tahrig tal-membri taghha.
SHUBIJA
10. Jistghu jissiehbu fil-Malta Dockers Union dawk il-haddiema li jaqilghu l-ghexien taghhom mill-portijiet ta’ Malta u Ghawdex, hu liema hu x-xoghol taghhom.
11. Dawk li jridu jissiehbu f’din il-Union iridu japplikaw fuq formola preskritta fejn jiddikjaraw li se josservaw ir-regolamenti kollha tal-Union u jhallsu mizata kif specifikata f’Appendici “B” liema Appendici jista’ jigi emendat u varjat minn zmien ghal zmien mill-Kumitat Ezekuttiv u fil kaz tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt dawn ghandhom jikkontribwixxu wkoll ghal Fond tal-Balance & Copper mehmuz bhala appendici “D” ma’ dan l-istatut.
12. Ufficjal jew membru li ma josservax ir-regolamenti tal-Union u / jew l-imgieba tieghu ma tkunx qed taqbel ma’ l-ghanijiet ta’ din il-Union, jista’ jigi sospiz jew imnehhi mis-shubija wara li jinghata smiegh xieraq u kull opportunita’ li jiddefendi ruhhu quddiem Bord kompost minn tliet (3) persuni li jkunu mahtura kif gej : Avukat indipendenti bhala chairman maqbul bejn iz-zewg nahat, membru nominat mill-Kumitat Ezekuttiv u membru nominat mill-membru koncernat. Fin-nuqqas ta’ qbil fl-ghazla ta’ l-avukat indipendenti bhala chairman, ikun il-Kumitat Ezekuttiv li jaghzel avukat indipendenti li ghandu jservi f’din il-kariga. Id-decizjonijiet ta’ dan il-Bord ikunu finali.
STRUTTURA
13. Din il-Union tkun immexxija mill-Kumitat Ezekuttiv. Il-Kumitat Ezekuttiv ikun kompost minn President u sitt membri.
14. Il-Vici-President u Tezorier jigu mahtura minn fost is-sitt (6) membri eletti.
15. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jahtar Segretarju Amministrattiv wara sejha ghall-applikazzjonijiet kull erba’ (4) snin.
16. Is-Segretarju Amministrattiv ma jkollux id-dritt tal-vot.
17. Is-Segretarju Amministrattiv ghandu jassisti lil Kumitat Ezekuttiv u lil Kumitati tal-Haddiema. Minbarra d-doveri kif stipulati f’regolamenti ohra ta’ dan l-Istatut, is-Segretarju Amministrattiv ghandu jassisti fil-kazi ta’ dixxiplina tal-membri u fil-korrispondenza tal-Union kif indikat lilu mill-Kumitat Ezekuttiv.
18. Il-President u minimu ta’ erba’ (4) membri ghandhom ikunu mazghula mill-Haddiema Licenzjati tax-Xatt.
19. Il-President tal-Kumitat Ezekuttiv ikun imhallas mill-haddiema licenzjati tax-xatt mill Fond Balance & Copper kif provdut mir-regolamenti tal-Fond.
20. It-tmexxija generali u t-twettiq tad-decizjonijiet u tal-policy tal-Union kif stabbiliti mill-Assemblea / Konferenza Generali ikunu f’idejn il-Kumitat Ezekuttiv.
SEZZJONIJIET
21. Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ johloq sezzjonijiet rapprezentattivi tal-haddiema membri ta’ din il-Union li jkollhom id-dritt li huma stess jirregolaw il-kwistjonijiet tax-xoghol li jikkoncernaw lil dik is-sezzjoni ta’ haddiema.
22. Dawn is-sezzjonijiet ghandhom jaghmlu l-Laqghat Generali taghhom kull erba’ (4) snin fejn jahtru Shop Steward u Kumitat tal-Haddiema minn fost il-membri ta’ dik is-sezzjoni.
23. Is-Shop Steward jiehu hsieb il-kwistjonijiet kollha li jinqalghu fuq ix-xoghol tas-sezzjoni li jkun jirrapprezenta u skond id-direttivi tal-Kumitat tal-Haddiema tas-sezzjoni tieghu.
24. Il-Kumitati tal-Haddiema ghadhom jiltaqghu mill-inqas darba kull xahar jew aktar spiss fuq talba tas-Shop Steward jew ta’ hamsin fil-mija u wiehed (50% + 1) tal-membri tal-Kumitat.
ASSEMBLEA / KONFERENZA GENERALI
25. Kull erba’ (4) snin issir l-Assemblea Generali tal-Malta Dockers Union u kull erba’ (4) snin ssir il-Konferenza Generali tal-Malta Dockers Union. Bejn l-Assemblea Generali u l-Konferenza Generali jkun hemm perjodu ta’ sentejn. Dan ifisser li l-Assemblea Generali u l-Konferenza Generali jalternaw bejniethom kull sentejn.
26. Kemm l-Assemblea Generali u kemm il-Konferenza Generali jkunu komposti mill-membri kollha tal-Malta Dockers Union.
27. Fl-Assemblea / Konferenza Generali isir indirizz mill-President, jitressaq Rapport Amministrattiv ghas-sentejn li jkunu ghaddew u stqarrija finanzjara riveduta flimkien ma’ Karta Bilancjali.
28. Fl-Assemblea / Konferenza Generali jitressqu u jigu diskussi mozzjonijiet imressqa mill-Kumitat Ezekuttiv, Sezzjonijiet tal-Haddiema u mill-membri tal-Union skond ir-regolamenti numru 32 u 33 ta’ dan l-istatut.
29. Fil-kaz ta’ l-Assemblea Generali, minbarra sejha ghal mozzjonijiet ghandhom isiru wkoll sejha ghal emendi ghall-istatut u sejha ghal nominazzjonijiet ghal hatra tal-Kumitat Ezekuttiv skond ir-regolamenti numru 13 u 18 ta’ dan l-istatut .
30. Mhux anqas minn ghoxrin (20) il-gurnata qabel l-Assemblea Generali ghandha ssir sejha ghal mozzjonijiet, emendi ghall-istatut u nominazzjonijiet ghal hatra ta’ President u l-membri tal-Kumitat Ezekuttiv skond il-provedimenti tar-regolamenti numru 13 u 18 ta’ dan l-Istatut.
31. Is-Segretarju Amministrattiv irid jinforma b’cirkulari personalment lill-membri kollha bid-data, il-post, il-hin u l-agenda tal-Assemblea / Konferenza Generali mhux anqas minn ghoxrin (20) gurnata qabel id-dati taghhom.
32. Kull mozzjoni fil-kaz ta’ Konferenza Generali u kull mozzjoni, emenda ghall-Istatut, jew nominazzjoni fil-kaz ta’ Assemblea Generali, ghandhom jaslu ghand is-Segretarju Amministrattiv mhux aktar tard minn ghaxar (10) t’ijiem qabel id-dati taghhom.
33. Kull proponent ta’ kull mozzjoni, emenda ghall-istatut jew nominazzjoni jrid ikollu zewg (2) sekondanti.
34. Il-President tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jigi mahtur b’vot separat ta’ aktar minn hamsin fil-mija (50%) tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt prezenti ghall-Assemblea Generali u fil-kaz tal-membri mahtura skond klawsola 18 ta’ dan l-Istatut dawn ghandhom jigu mahtura b’vot separat u b’maggoranza semplici tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt prezenti ghall- Assemblea Generali. F’kaz ta’ kandidatura wahda ghal kariga ta’ President, dan ghandu jigi elett awtomatikament mid-data tal-Assemblea Generali. F’kaz li aktar minn persuna wahda tikkontesta ghal kariga ta’ President, il-persuna li ggib l-inqas voti taqa’ u ssir elezzjoni fl-istess laqgha ta’ l-Assemblea Generali bejn il-kandidati l-ohrajn sakemm jigi elett il-kandidat li jgib l-akbar numru ta’ voti. Il-membri l-ohra ghall-Kumitat Ezekuttiv, li jistghu ikunu Haddiema Licenzjati tax-Xatt, jigu mahtura b’votazzjoni separata mill-membri kollha prezenti ghall-Assemblea Generali.
35. Mozzjonijiet jigu approvati b’aktar minn hamsin fil-mija (50% ) tal-membri prezenti ghall-Assemblea / Konferenza Generali.
36. Emendi ghall-Istatut jigu approvati b’hamsa u sebghin fil-mija (75%) tal-membri prezenti ghall-Assemblea Generali izda emendi ghall-Istatut li jikkoncernaw id-drittijiet tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt skond dan l-Istatut ghandhom jigu approvati b’vot separat ta’ Sitta u Sittin fil-mija (66%) tal-Haddiema Licenzjati tax-Xatt prezenti ghall-Assemblea Generali.
37. Il-kworum tal-Assemblea Generali u tal-Konferenza Generali jkun ta’ erbghin fil-mija (40%) tal-membri. Jekk il-kworum ma jintlahaqx sa nofs siegha wara l-hin stabbilit, il-President jaggorna l-laqgha ghal data ohra lit rid tissejjah fi zmien 15 il-gurnata. F’kaz li din il-laqgha ma jintlahaqx il-kworum il-membri prezenti f’din il-laqgha jikkostitwixxi kworum.
38. L-Elezzjonijiet ghal hatra tal-Kumitat Ezekuttiv ghadhom isiru u jitmexxew skond kif jidher f’Appendici “C” ta’ dan l-Istatut. Tnehhija mill-kariga tal-President u / jew membri tal-Kumitat Ezekuttiv isiru skond il-provedimenti kif jidhru f’Appendici “C”.
KONFERENZI GENERALI STRAORDINARJI
39. Laqgha Generali Straordinarja tista’ tissejjah mill-Kumitat Ezekuttiv jew fuq talba ta’ mhux anqas minn hamsin fil-mija (50%) u wiehed (50% + 1) tal-membri tal-Union.
REGISTRU TAL-KONFERENZI
40. Is-Segretarju Amministrattiv ghandu jzomm registru li juri d-dettalji kollha tal- Assembleji / Konferenzi Generali.
LAQGHAT TAL-KUMITAT EZEKUTTIV
41. Il-Kumitat Ezekuttiv jiltaqa’ mill-inqas darba kull xahar jew aktar spiss fuq talba tal-President jew fuq talba ta’ erba’ (4) membri tal-Kumitat Ezekuttiv.
42. Is-Segretarju Amministrattiv irid jinforma lill-membri tal-Kumitat Ezekuttiv bid-data, il-hin, il-post u l-agenda tal-laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv.
43. Is-Segretarju Amministrattiv ghandu jzomm il-minuti tal-laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv.
44. Il-kworum tal-Kumitat Ezekuttiv jkun ta’ erbghin fil-mija (40%) tal-membri. Dan il-kworum ma japplikax ghal min ikun imnizzel bhala skuzat. Jekk il-kworum ma jintlahaqx sa nofs siegha wara l-hin stabbilit, il-laqgha tigi aggornata mill-President ghal data ohra fi zmien 7 t’ijiem. F’kaz li f’din il-laqgha ma jintlahaqx il-kworum, il-membri prezenti ghal din il-laqgha jikkostitwixxu kworum.
45. Id-decizjonijiet fil-Kumitat Ezekuttiv jittiehdu b’maggoranza semplici. Il-President tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu vot originali u “casting vote”.
FINANZI
46. L-amministrazzjoni tal-fondi u l-propjeta’ tal-Union hija f’idejn il-Kumitat Ezekuttiv u dan huwa awtorizzat li jaghti beneficcji lill-membri ta’ din il-Union.
47. It-tezorier ghandu jzomm il-kotba tal-finanzi li ghandhom jigu verifikati minn awditur indipendenti u jaghti stqarrija finanzjarja kull sena lill-Kumitat Ezekuttiv, kull sentejn lil Assemblea / Konferenza Generali, jew meta jigi mitlub mill-President tal-Kumitat Ezekuttiv.
48. Il-kotba u l-lista ta’ l-imsiehba tal-Union ghandhom jinzammu mis-Segretarju Amministrattiv tal-Kumitat Ezekuttiv.
49. Il-kotba u l-ismijiet tal-membri tal-Union ikunu miftuhin ghall-ispezzjoni minn kull persuna li jkollha interess fil-fondi tal-Union.
RAPPREZENTANZA LEGALI
50. Ir-rapprezentanza legali u gudizzjarja tkun fdata f’idejn il-President u t-Tezorier tal-Kumitat Ezekuttiv tal-Malta Dockers Union.
REGOLAMENTI OHRA
51. F’kaz li tkun se tigi mahlula il-Malta Dockers Union, il-President ghandu jsejjah Konferenza Generali Straordinarja mill-iktar fis possibbli biex il-membri jiddeciedu x’ghandu jsir mill-propjeta’ u l-finanzi kollha tal-Union.
APPENDICI “A”
MEMBRI FUNDATURI
Il-membri fundaturi tal-Malta Dockers Union huma dawk annessi ma’ dan l-Appendici “A”.
APPENDICI “B”
Il-membri jridu jhallsu mizata annwali ta’ hmistax il-lira (Lm15) li tithallas fil-bidu ta’ kull sena.
APPENDICI “C”
Hatra / Tnehhija mill-kariga tal-President u / jew membri tal-Kumitat Ezekuttiv
L-elezzjonijiet ghall-President u sitt membri tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom isiru kull erba’ (4) snin skond ir-regolamenti 13 u 18 ta’ dan l-istatut u skond il-proceduri kif stabbiliti fir-regolamenti 26, 30, 32, 33, u 34 ta’ dan l-Istatut.
Huma biss il-membri li jkunu mhallsa li jkunu eligibbli ghal vot u biex jikkontestaw l-elezzjonijiet ghall-Kumitat Ezekuttiv.
Kummissarju Elettorali u zewg (2) returning officers jigi mahtura mill-Assemblea Generali minn fost il-membri li ma jkunux se jikkontestaw l-elezzjoni.
F’kaz li ufficjal jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv jitnehha u / jew itemm il-kariga qabel iz-zmien ghandu minnufih jidhol fil-kariga ir-runner-up li jkun ikkontesta l-Elezzjoni fl-ahhar Assemblea Generali.
Fin-nuqqas li jkun hemm runner-up, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jsejjah Konferenza Generali Straordinarja fi zmien xahar specifikament biex jimtela’ l-post vakant skond il-kaz.
Il-President jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv jista’ jitnehha mill-kariga b’talba ta’ erbghin fil-mija (40%) tal-membri li ghandhom jressqu t-talba lill-Kumitat Ezekuttiv li min-naha tieghu ghandu jressaq it-talba taghhom quddiem Konferenza Generali Straordinarja.
APPENDICI “D”
Balance and Copper Fund ghal Haddiema Licenzjati tax-Xatt
FIRMATARJI
Joseph Saliba
Carmel Baldacchino
Alfred Mifsud
Nazzareno Bugeja
Francis Abela
George Spiteri
George Zammit



